Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0617

Kawża T-617/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2018 – ZH vs ECHA

ĠU C 436, 3.12.2018, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/63


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2018 – ZH vs ECHA

(Kawża T-617/18)

(2018/C 436/87)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZH (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016 tar-rikorrent;

tannula wkoll, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni tal-ECHA tat-2 ta’ Lulju 2018 innotifikata lir-rikorrent fit-3 ta’ Lulju 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016;

tordna li r-rikorrent jingħata kumpens għad-danni morali sostnuti mir-rikorrent;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2.2 tad-Deċiżjoni tal-ECHA tat-18 ta’ Ġunju 2015 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni tal-Artikolu 15(2) tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u li timplementa l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli proċedurali għat-twettiq tar-rapport ta’ evalwazzjoni kif stabbiliti permezz ta’ deċiżjoni tal-ECHA u b’mod partikolari mill-Artikolu 7, kif ukoll ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli b’analoġija għall-aġenti temporanji abbażi tal-Artikolu 15 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti mill-evalwatur, fir-rigward tal-kritika negattiva fuq l-applikant.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu li jingħataw raġunijiet.


Top