Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0248

Kawża T-248/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Cabello Rondón vs Il-Kunsill

ĠU C 200, 11.6.2018, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201805250621897412018/C 200/632482018TC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL20180416494911

Kawża T-248/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Cabello Rondón vs Il-Kunsill

Top

C2002018MT4910120180416MT0063491491

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Cabello Rondón vs Il-Kunsill

(Kawża T-248/18)

2018/C 200/63Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Diosdado Cabello Rondón (il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/88 tat-22 ta’ Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jirrigwardaw lir-rikorrent; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tiegħu ta’ difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi ma tahx aċċess għall-provi li allegatament isostnu l-inklużjoni tiegħu fil-lista fi żmien raġonevoli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn ma weriex li r-rikorrent huwa involut fl-imminar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

Top