Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0750

    Kawża T-750/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2019 – Briois vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali – - Membru tal-Parlament Ewropew – Privileġġi u immunitajiet – Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari – Skadenza tal-mandat ta’ deputat – Tmiem tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 432, 23.12.2019, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 432/56


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2019 – Briois vs Il-Parlament

    (Kawża T-750/18) (1)

    (“Dritt istituzzjonali - - Membru tal-Parlament Ewropew - Privileġġi u immunitajiet - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari - Skadenza tal-mandat ta’ deputat - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2019/C 432/66)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Steeve Briois (Hénin-Beaumont, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alonso de León u C. Burgos, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P8_TA(2018)0401 tal-24 ta’ Ottubru 2018 li titneħħa l-immunità parlamentari tar-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 82, 4.3.2019.


    Top