EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0455

Kawża C-455/18 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2018 minn Oliver Spieker mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-8 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-92/18 – Oliver Spieker vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/18


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2018 minn Oliver Spieker mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-8 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-92/18 – Oliver Spieker vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-455/18 P)

(2021/C 35/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Oliver Spieker (rappreżentanti: A. Schönfleisch, O. Spieker, M. Alber, N. Willich, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-92/18, Spieker vs EUIPO (Science for a better skin), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Diċembru 2017 (R 1067/2017-4), li ċaħdet l-appell li permezz tiegħu l-appellant kien talab l-annullament tad-deċiżjoni tad-dipartiment tal-konvenut tal-20 ta’ Marzu 2017;

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2017 (R 1067/2017-4);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mill-appellant quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

B’digriet tat-8 ta’ Diċembru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-parti li tilfet il-kawża għall-ispejjeż.


Top