EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0295

Kawża C-295/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-30 ta’ April 2018 – Mediterranean Shipping Company (Portugal) – Agentes de Navegação SA vs Banco Comercial Português SA, Caixa Geral de Depósitos SA

ĠU C 259, 23.7.2018, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201807060251993662018/C 259/382952018CJC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180430272711

Kawża C-295/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-30 ta’ April 2018 – Mediterranean Shipping Company (Portugal) – Agentes de Navegação SA vs Banco Comercial Português SA, Caixa Geral de Depósitos SA

Top

C2592018MT2710120180430MT0038271271

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-30 ta’ April 2018 – Mediterranean Shipping Company (Portugal) – Agentes de Navegação SA vs Banco Comercial Português SA, Caixa Geral de Depósitos SA

(Kawża C-295/18)

2018/C 259/38Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mediterranean Shipping Company (Portugal) – Agentes de Navegação SA

Konvenuti: Banco Comercial Português SA, Caixa Geral de Depósitos SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2007/64/KE ( 1 ) għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess direttiva ddefinit f’dan l-artikolu hija inkluża l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ ħlas ta’ debitu dirett maħruġa minn terza persuna fir-rigward ta’ kont li ma huwiex f’isimha u fejn il-persuna li taħt isimha huwa rreġistrat il-kont ma kkonkludietx mal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata kuntratt ta’ servizz ta’ ħlas kwalunkwe permezz ta’ att iżolat jew kuntratt qafas ta’ provvista ta’ servizzi ta’ ħlas?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv u fl-istess kuntest, l-imsemmija persuna li taħt isimha huwa rreġistrat il-kont għandha titqies li hija utent tas-servizzi ta’ ħlas għall-finijiet tal-Artikolu 58 tal-istess direttiva?


( 1 ) Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU 2007, L 319, p. 1).

Top