Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0192

    Kawża C-192/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Stat tad-dritt – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni – Prinċipji ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-imħallfin – Tnaqqis tal-età tal-irtirar għal imħallfin fil-qrati ordinarji Pollakki – Possibbiltà li mħallef ikompli fil-kariga tiegħu lil hinn mill-età stabbilita mill-ġdid suġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja – Artikolu 157 TFUE – Direttiva 2006/54/KE – Artikolu 5(a) u Artikolu 9(1)(f) – Projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq is-sess fil-qasam tar-remunerazzjoni, tal-impjieg u tax-xogħol – Introduzzjoni ta’ etajiet tal-irtirar differenti għan-nisa u għall-irġiel għal imħallfin fil-qrati ordinarji Pollakki u fis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) kif ukoll għal avukati tal-Istat)

    ĠU C 432, 23.12.2019, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 432/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    (Kawża C-192/18) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Stat tad-dritt - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni - Prinċipji ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-imħallfin - Tnaqqis tal-età tal-irtirar għal imħallfin fil-qrati ordinarji Pollakki - Possibbiltà li mħallef ikompli fil-kariga tiegħu lil hinn mill-età stabbilita mill-ġdid suġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja - Artikolu 157 TFUE - Direttiva 2006/54/KE - Artikolu 5(a) u Artikolu 9(1)(f) - Projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq is-sess fil-qasam tar-remunerazzjoni, tal-impjieg u tax-xogħol - Introduzzjoni ta’ etajiet tal-irtirar differenti għan-nisa u għall-irġiel għal imħallfin fil-qrati ordinarji Pollakki u fis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) kif ukoll għal avukati tal-Istat)

    (2019/C 432/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Szmytkowska, K. Banks, C. Valero u H. Krämer, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Majcher u S. Żyrek, aġenti, assistiti minn W. Gontarski, avukat)

    Dispożittiv

    1)

    Bl-introduzzjoni, fil-punti 1 sa 3 tal-Artikolu 13 tal-ustawa o zmianie ustawy – Prawo o ustroju sądów powszechnych oraz niektórych innych ustaw (il-Liġi li Temenda l-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u Ċerti Liġijiet Oħra) tat-12 ta’ Lulju 2017, ta’ età tal-irtirar differenti għall-irġiel minn dik għan-nisa għal imħallfin fil-qrati ordinarji Pollakki u fis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) jew għal avukati tal-Istat Pollakk, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 157 TFUE kif ukoll l-Artikolu 5(a) u l-Artikolu 9(1)(f) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol.

    2)

    Billi tat, skont il-paragrafi (b) u (c) tal-punt 26 tal-Artikolu 1 tal-Liġi li temenda l-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u Ċerti Liġijiet Oħra tat-12 ta’ Lulju 2017, is-setgħa lill-Ministru għall-Ġustizzja (il-Polonja) li jiddeċiedi dwar jekk jawtorizzax it-tkomplija tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-imħallfin tal-qrati ordinarji Pollakki lil hinn mill-età ġdida tal-irtirar tal-imsemmija mħallfin, kif tnaqqset bil-punt 1 tal-Artikolu 13 ta’ din l-istess liġi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.

    3)

    Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


    Top