This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0709
Case T-709/17: Action brought on 13 October 2017 — M-Sansz v Commission
Kawża T-709/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – M-Sansz vs Il-Kummissjoni
Kawża T-709/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – M-Sansz vs Il-Kummissjoni
ĠU C 437, 18.12.2017, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/37 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – M-Sansz vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-709/17)
(2017/C 437/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: M-Sansz Kereskedelmi, Termelő és Szolgáltató Kft. (Pécs, l-Ungerija) (rappreżentant: L. Szabó, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
Prinċipalment, tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.29432 — CP 290/2009 — L-Ungerija — “Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema diżabbli allegatament illegali minħabba n-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni”, tal-20 ta’ Lulju 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.45498 (FC/2016) — “Ilment magħmul minn OPS Újpest-lift Kft. b’rabta mal-għajnuniet mill-Istat mogħtija bejn l-2006 u l-2012 favur l-impriżi li jimpjegaw ħaddiema diżabbli”, tal-25 ta’ Jannar 2017, (iktar ’il quddiem, id-“deċiżjonijiet ikkontestati”) ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
— |
Sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti għar-rikorrenti fil-kawża għall-ħlas ta’ danni mressqa mill-istess rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija), bin-numru 23. P. 25.843/2016 quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija), u li, għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ma hijiex parti kkonċernata direttament u individwalment, ġaladarba tibbaża t-talba tagħha għal kumpens fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u mhux fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE. |
— |
Fil-każ li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiġu kklassifikati bħala atti ġuridiċi vinkolanti mir-rikorrenti fil-proċeduri dwar it-talba tagħha għal kumpens għad-danni bbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, tiddikjara n-nullità tad-deċiżjonijiet ikkontestati, inkwantu l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi tikser l-Artikolu 107(1) TFUE. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka bażi legali b’rabta ma’ kull waħda mit-talbiet tagħha.
1. |
Bażi legali għall-ewwel motiv
|
2. |
Bażi legali għat-tieni motiv
|
3. |
Bażi legali għat-tielet motiv
|