Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0709

Kawża T-709/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – M-Sansz vs Il-Kummissjoni

OJ C 437, 18.12.2017, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/37


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – M-Sansz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-709/17)

(2017/C 437/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: M-Sansz Kereskedelmi, Termelő és Szolgáltató Kft. (Pécs, l-Ungerija) (rappreżentant: L. Szabó, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Prinċipalment, tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.29432 — CP 290/2009 — L-Ungerija — “Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema diżabbli allegatament illegali minħabba n-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni”, tal-20 ta’ Lulju 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.45498 (FC/2016) — “Ilment magħmul minn OPS Újpest-lift Kft. b’rabta mal-għajnuniet mill-Istat mogħtija bejn l-2006 u l-2012 favur l-impriżi li jimpjegaw ħaddiema diżabbli”, tal-25 ta’ Jannar 2017, (iktar ’il quddiem, id-“deċiżjonijiet ikkontestati”) ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti għar-rikorrenti fil-kawża għall-ħlas ta’ danni mressqa mill-istess rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija), bin-numru 23. P. 25.843/2016 quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija), u li, għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ma hijiex parti kkonċernata direttament u individwalment, ġaladarba tibbaża t-talba tagħha għal kumpens fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u mhux fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE.

Fil-każ li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiġu kklassifikati bħala atti ġuridiċi vinkolanti mir-rikorrenti fil-proċeduri dwar it-talba tagħha għal kumpens għad-danni bbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, tiddikjara n-nullità tad-deċiżjonijiet ikkontestati, inkwantu l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi tikser l-Artikolu 107(1) TFUE.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka bażi legali b’rabta ma’ kull waħda mit-talbiet tagħha.

1.

Bażi legali għall-ewwel motiv

Id-deċiżjonijiet ikkontestati ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE; għal din ir-raġuni, l-imsemmija deċiżjonijiet ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti fil-kuntest tal-proċeduri ta’ talba għal kumpens għad-danni mressqa mir-rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija) quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija).

2.

Bażi legali għat-tieni motiv

Fid-deċiżjonijiet ikkontestati l-Kummissjoni ma ddikjaratx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE, invokat mir-rikorrenti, iżda fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3) TFUE. Konsegwentement, l-imsemmija deċiżjonijiet huma irrilevanti fir-rigward tal-bażi legali tat-talba fformulata fil-proċeduri dwar il-kumpens għad-danni mressqa quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija) u ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti fil-konfront tar-rikorrenti.

3.

Bażi legali għat-tielet motiv

Fil-fehma tar-rikorrenti, id-deċiżjonijiet ikkontestati huma nulli inkwantu l-awtoritajiet Ungeriżi kienu taw għajnuna mill-Istat illegali li tikser l-Artikolu 107(1) TFUE, u li, konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE, il-Kummissjoni kellha tiġu informata. Biex tissostanzja l-illegalità tal-għajnuna, ir-rikorrenti tinvoka l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-[TFUE] (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli [107 TFUE] u [108 TFUE] (2).


(1)  ĠU 2016, C 262, p. 1.

(2)  ĠU 2008, L 214, p. 3.


Top