Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 62017CA0391
Case C-391/17: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 31 October 2019 — European Commission v United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland (Failure of a Member State to fulfil obligations — Own resources — Association of the Overseas Countries and Territories (OCT) with the European Union — Decision 91/482/EEC — Article 101(2) — Acceptance for import into the European Union free of customs duties of products not originating in the OCT but which are in free circulation in an OCT and are re-exported as such to the European Union — Export certificates EXP — Wrongful issue of certificates by the authorities of an OCT — Article 4(3) TEU — Principle of sincere cooperation — Liability of the Member State having special relations with the OCT concerned — Obligation to compensate the loss of the European Union’s own resources caused by the wrongful issue of export certificates EXP — Imports of aluminium from Anguilla)
Kawża C-391/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Riżorsi proprji – Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni Ewropea – Deċiżjoni 91/482/KEE – Artikolu 101(2) – Ammissjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ħielsa minn dazji doganali ta’ prodotti li ma joriġinawx mill-PTEE li jkunu f’ċirkulazzjoni libera f’PTEE u li jiġu esportati mill-ġdid bħala tali lejn l-Unjoni – Ċertifikati ta’ esportazzjoni EXP – Ħruġ illegali ta’ ċertifikati mill-awtoritajiet ta’ PTEE – Artikolu 4(3) TUE – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Responsabbiltà tal-Istat Membru li jkollu relazzjonijiet speċjali mal-PTEE kkonċernat – Obbligu li jiġi kkumpensat it-telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni kkawżat mill-ħruġ illegali ta’ ċertifikati ta’ esportazzjoni EXP – Importazzjonijiet ta’ aluminju minn Angwilla)

ĠU C 432, 23.12.2019, str. 3—3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-391/17) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji - Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni 91/482/KEE - Artikolu 101(2) - Ammissjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ħielsa minn dazji doganali ta’ prodotti li ma joriġinawx mill-PTEE li jkunu f’ċirkulazzjoni libera f’PTEE u li jiġu esportati mill-ġdid bħala tali lejn l-Unjoni - Ċertifikati ta’ esportazzjoni EXP - Ħruġ illegali ta’ ċertifikati mill-awtoritajiet ta’ PTEE - Artikolu 4(3) TUE - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Responsabbiltà tal-Istat Membru li jkollu relazzjonijiet speċjali mal-PTEE kkonċernat - Obbligu li jiġi kkumpensat it-telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni kkawżat mill-ħruġ illegali ta’ ċertifikati ta’ esportazzjoni EXP - Importazzjonijiet ta’ aluminju minn Angwilla)
(2019/C 432/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, J.-F. Brakeland, L. Flynn u S. Noë, aġenti)
Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment J. Kraehling, G. Brown, R. Fadoju u S. Brandon, aġenti, assistiti minn K. Beal, QC, u P. Luckhurst, barristers, sussegwentement S. Brandon u F. Shibli, aġenti, assistiti minn K. Beal, QC, u P. Luckhurst, barristers)
Intervenjent insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, P. Huurnink u J. Langer, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Billi ma kkumpensax it-telf ta’ riżorsi proprji li jirriżulta mill-ħruġ illegali, fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/482/KEE tal-25 ta’ Lulju 1991 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ekonomika Ewropea, mill-awtoritajiet ta’ Angwilla, ta’ ċertifikati ta’ esportazzjoni EXP għal dak li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ aluminju minn Angwilla matul il-perijodu 1999/2000, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) TUE. |
2) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
3) |
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |