This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0705
Case T-705/16 P: Appeal brought on 3 October 2016 by WQ (*) against the judgment of the Civil Service Tribunal of 21 July 2016 in Case F-1/16, WQ (*) v Parliament
Kawża T-705/16 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2016 minn WQ (*) mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-1/16, WQ (*) vs Il-Parlament
Kawża T-705/16 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2016 minn WQ (*) mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-1/16, WQ (*) vs Il-Parlament
ĠU C 454, 5.12.2016, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/29 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2016 minn WQ (*1) mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-1/16, WQ (*1) vs Il-Parlament
(Kawża T-705/16 P)
(2016/C 454/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: WQ (*1) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
L-appellant jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-1/16, WQ (*1) vs Il-Parlament; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-27 ta’ Marzu 2015 li isem ir-rikorrent ma għandux jiġi inkluż fil-lista ta’ uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ formazzjoni tas-sena ta’ ċertifikazzjoni 2014; |
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq fl-eżami tal-motiv invokat mir-rikorrent fl-ewwel istanza, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, billi ddeċieda li r-rikorrent kien f’sitwazzjoni fattwali differenti minn dik ta’ kandidat li kellu diploma tal-istess livell, wara li kien segwa kors ta’ mill-inqas sena. |
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi li jirriżulta mill-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li d-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri dik li ma jiġix inkluż isem ir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ formazzjoni tas-sena ta’ ċertifikazzjoni 2014, ma kinitx tmur kontra l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fil-qasam tat-tagħlim. |
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq meta ċaħad l-eċċezzjoni ta’ illegalità, imqajjma mir-rikorrent fl-ewwel istanza, minħabba li l-kriterju li segwa kors ta’ mill-inqas sena kien iġġustifikat u proporzjonat fid-dawl tan-natura tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni. F’dan il-kuntest, ir-rikorrent iqis li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żnaturament tal-argumenti tiegħu meta ddeċieda li dan tal-aħħar ma kienx ikkontesta l-fatt li t-teħid inkunsiderazzjoni tad-diploma inkwistjoni kien iwassal sabiex tiġi vvalorizzata d-doppju l-esperjenza professjonali tiegħu miksuba fi ħdan l-istituzzjonijiet. |
(*1) Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.