Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0652

    Kawża T-652/16: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2016 minn HD mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-136/15, HD vs Il-Parlament

    ĠU C 419, 14.11.2016, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 419/51


    Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2016 minn HD mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-136/15, HD vs Il-Parlament

    (Kawża T-652/16)

    (2016/C 419/68)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: HD (Aach, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet tal-appellant

    tiddikjara dan l-appell bħala ammissibbli;

    tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-21 tal-Lulju 2016, HD vs Il-Parlament (F-136/15);

    tilqa’ t-talbiet għall-annullament imressqa fl-ewwel istanza;

    tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell tagħha, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

    1.

    L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-iżnaturament tal-provi ta’ fatt u fuq il-prova ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u tal-ksur tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).

    2.

    It-tieni aggravju huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata.


    Top