Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0153

    Kawża T-153/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2017 – Acerga vs Il-Kunsill (“Rikors għal annullament — Sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi tal-ħut — Opportunitajiet ta’ sajd ta’ ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni — Assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 112, 10.4.2017, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/36


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2017 – Acerga vs Il-Kunsill

    (Kawża T-153/16) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi tal-ħut - Opportunitajiet ta’ sajd ta’ ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà”))

    (2017/C 112/50)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Asociación de armadores de cerco de Galicia (Acerga) (Sada, Spanja) (rappreżentant: B. Huarte Melgar, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u F. Florindo Gijón, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta’ Jannar 2016, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU 2016, L 22, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    L-Asociación de armadores de cerco de Galicia (Acerga) hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


    Top