Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0568

    Kawżi magħquda T-568/16 u T-599/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Spagnolli et vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Mewt ta’ konjuġi uffiċjal — Aventi kawża tal-uffiċjal defunt — Pensjoni tas-superstiti — Pensjoni tal-orfni — Tibdil tal-post tal-uffiċjal, konjuġi superstitu — Adattament tas-salarju — Metodu tal-kalkolu tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni — Artikolu 81a tar-Regolamenti tal-Persunal — Avviż ta’ tibdil tad-drittijiet tal-pensjoni — Att li jikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Kundizzjonijiet — Talba għad-danni materjali u morali”)

    ĠU C 259, 23.7.2018, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201807060511993962018/C 259/415682016TC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180614303011

    Kawżi magħquda T-568/16 u T-599/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Spagnolli et vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Mewt ta’ konjuġi uffiċjal — Aventi kawża tal-uffiċjal defunt — Pensjoni tas-superstiti — Pensjoni tal-orfni — Tibdil tal-post tal-uffiċjal, konjuġi superstitu — Adattament tas-salarju — Metodu tal-kalkolu tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni — Artikolu 81a tar-Regolamenti tal-Persunal — Avviż ta’ tibdil tad-drittijiet tal-pensjoni — Att li jikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Kundizzjonijiet — Talba għad-danni materjali u morali”)

    Top

    C2592018MT3010120180614MT0041301301

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Spagnolli et vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-568/16 u T-599/16) ( 1 )

    “(“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Mewt ta’ konjuġi uffiċjal — Aventi kawża tal-uffiċjal defunt — Pensjoni tas-superstiti — Pensjoni tal-orfni — Tibdil tal-post tal-uffiċjal, konjuġi superstitu — Adattament tas-salarju — Metodu tal-kalkolu tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni — Artikolu 81a tar-Regolamenti tal-Persunal — Avviż ta’ tibdil tad-drittijiet tal-pensjoni — Att li jikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Kundizzjonijiet — Talba għad-danni materjali u morali”)”

    2018/C 259/41Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Alberto Spagnolli (Parma, l-Italja), Francesco Spagnolli (Parma), Maria Alice Spagnolli (Parma) u Bianca Maria Elena Spagnolli (Parma) (rappreżentanti: C. Cortese u B. Cortese, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE intiża, inkwantu l-Kawża T-568/16, għall-annullament tal-avviż ta’ tibdil Nru 3 PMO/04/LM/2015/ARES tal-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni ta’ drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ Frar 2015, li jinkludi l-indikazzjoni ta’ ammonti ġodda tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni mogħtija lir-rikorrenti, u, inkwantu l-Kawża T-599/16, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni PMO/04/LM/2015/ARES/3406787 tal-PMO, tas-17 ta’ Awwissu 2015, dwar l-irkupru tal-ammonti mħallas indebitament lir-rikorrenti bħala pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti

    Dispożittiv

    1)

    Fil-Kawża T-568/16, ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Fil-Kawża T-599/16, id-Deċiżjoni PMO/04/LM/2015/ARES/3406787 tal-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni ta’ drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2015 dwar l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament lir-rikorrenti bħala pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni hija annullata u l-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti f’kull waħda mill-kawżi.


    ( 1 ) ĠU C 111, 29.3.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-140/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).

    Top