Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0010

    Kawża T-10/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – GABO:mi vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Sitt u s-Seba’ programmi-qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’dimostrazzjoni (2002-2006 u 2007-2013) — Ittri li jitolbu l-ħlas lura lil parti tas-sussidji mogħtija — Nota ta’ debitu — Kumpens tal-krediti — Adattazzjoni tar-rikors — Ammissibbiltà — Natura eliġibbli tal-ispejjeż — Fondi miżmuma f’trust — Dmir li jitniżżlu l-ispejjeż fil-kontijiet tal-kuntrattur — Konformità mar-regoli tal-kontabilità użati fl-Istat fejn huwa stabbilit il-kuntrattur — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Governanza tajba — Trasparenza — Dritt għal smigħ — Proporzjonalità)

    ĠU C 408, 12.11.2018, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 408/46


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – GABO:mi vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-10/16) (1)

    ((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Sitt u s-Seba’ programmi-qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’dimostrazzjoni (2002-2006 u 2007-2013) - Ittri li jitolbu l-ħlas lura lil parti tas-sussidji mogħtija - Nota ta’ debitu - Kumpens tal-krediti - Adattazzjoni tar-rikors - Ammissibbiltà - Natura eliġibbli tal-ispejjeż - Fondi miżmuma f’trust - Dmir li jitniżżlu l-ispejjeż fil-kontijiet tal-kuntrattur - Konformità mar-regoli tal-kontabilità użati fl-Istat fejn huwa stabbilit il-kuntrattur - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Governanza tajba - Trasparenza - Dritt għal smigħ - Proporzjonalità))

    (2018/C 408/58)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u C. Mayer, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude, S. Lejeune u M. Siekierzyńska, sussegwentement S. Delaude u M. Siekierzyńska, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa waħda, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza ta’ kreditu msemmi fiż-żewġ ittri ta’ informazzjoni ddatati t-2 ta’ Diċembru 2015 u f’nota ta’ debitu ddatata t-2 ta’ Diċembru 2015 li jirrigwardaw kreditu ta’ EUR 1 770 417,29 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ kumpens li jinsabu f’seba’ ittri ddatati s-16 u l-21 ta’ Diċembru 2015, l-14 ta’ Jannar, is-26 ta’ April u t-3 ta’ Mejju 2016 intiżi li jikkumpensaw kull pagament ikkonċernat mid-dejn preżunt tar-rikorrenti kif ukoll l-imsemmija noti ta’ debitu u l-ittri ta’ informazzjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Il-kreditu tal-Kummissjoni Ewropea lejn GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG imsemmija fin-Nota ta’ Debitu Nru 3241514917 iddatata t-2 ta’ Diċembru 2015 u fiż-żewġ ittri ta’ informazzjoni ddatati t-2 ta’ Diċembru 2015 huwa mingħajr bażi fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati dwar il-“baġit ġenerali tal-vjaġġi jew laqgħat”, kif ukoll il-kumpensi f’somma fissa relatati magħhom.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


    Top