EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0503

Kawża C-503/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Évora (il-Portugall) fit-23 ta’ Settembru 2016 – Luis Isidro Delgado Mendes vs Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA

ĠU C 454, 5.12.2016, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 454/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Évora (il-Portugall) fit-23 ta’ Settembru 2016 – Luis Isidro Delgado Mendes vs Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA

(Kawża C-503/16)

(2016/C 454/33)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Évora

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luis Isidro Delgado Mendes

Konvenuta: Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA

Domanda preliminari

Fil-każ ta’ inċident tat-triq li minnu jirriżultaw danni fiżiċi u materjali fir-rigward ta’ persuna li ttajret intenzjonalment mill-vettura bil-mutur li tagħha kienet proprjetarja, li kienet qed tiġi misjuqa mill-persuna li serqitha, id-dritt Komunitarju, b’mod speċifiku l-Artikoli 12(3) u 13(1) tad-Direttiva 2009/103/KE (1), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jipprekludi l-esklużjoni mid-dritt nazzjonali ta’ forma ta’ kumpens għall-imsemmija persuna li ttajret minħabba l-fatt li l-istess persuna għandha l-kwalità ta’ proprjetarja tal-vettura kif ukoll ta’ persuna koperta mill-assigurazzjoni tagħha?


(1)  Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).


Top