Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0493

    Kawża C-493/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania (l-Italja) fl-14 ta’ Settembru 2016 – Sicurbau Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti et

    ĠU C 454, 5.12.2016, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 454/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania (l-Italja) fl-14 ta’ Settembru 2016 – Sicurbau Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti et

    (Kawża C-493/16)

    (2016/C 454/31)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale della Campania

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sicurbau Srl, IGR – Imprese Generali Riunite Srl, Iterga Costruzioni Generali SpA, Pa.Co. – Pacifico Costruzioni SpA

    Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Autorità Portuale di Napoli, Soa Rina SpA

    Domanda preliminari

    Il-prinċipji Komunitarji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, flimkien mal-prinċipji ta’ moviment liberu tal-merkanzija, ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, li jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-prinċipji riżultanti, bħall-ugwaljanza fit-trattament, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità utrasparenza, li jinsabu (iktar reċentement) fid-Direttiva 2014/24/UE (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana li tirriżulta mill-Artikoli 87(4) u 86(3a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006 u tal-Artikolu 26(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 81 tal-2008 moqrija flimkien, hekk kif interpretat, b’mod uniformi, skont l-Artikolu 99 tal-kodiċi ta’ proċedura amministrattiva, mis-sentenzi tal-assemblea plenarja tal-Consiglio di Stato Nri. 3 u 9 tal-2015, li jgħid li n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata ta’ spejjeż ta’ sigurtà tal-impriża, fl-offerti ekonomiċi ta’ proċedura ta’ għoti ta’ xogħlijiet pubbliċi, fi kwalunkwe każ jiddetermina l-esklużjoni mill-proċedura tal-impriża offerenti, anki fl-ipoteżi fejn l-obbligu ta’ indikazzjoni separata ma jkunx ġie speċifikat la fir-regolamentazzjoni tas-sejħa għal offerti u lanqas fil-formola annessa għat-tressiq tal-offerta, u barra minn hekk minkejja ċ-ċirkustanza li, mill-perspettiva sostanzjali, l-offerta tosserva rekwiżiti ta’ spejjeż minimi ta’ sigurtà tal-impriżi?


    (1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).


    Top