EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0449

Kawża C-449/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Genova (l-Italja) fil-11 ta’ Awwissu 2016 – Kerly Del Rosario Martinez Silva vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova

ĠU C 410, 7.11.2016, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Genova (l-Italja) fil-11 ta’ Awwissu 2016 – Kerly Del Rosario Martinez Silva vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova

(Kawża C-449/16)

(2016/C 410/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kerly Del Rosario Martinez Silva

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova

Domandi preliminari

1)

Benefiċċju bħal dak previst fl-Artikolu 65 tal-Liġi Nru 448/1998, imsemmi “allowance għal nukleu familjari b’minn tal-inqas tliet ulied minuri”, jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament KE Nru 883/2004 (1)

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sanċit fl-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE (2), jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik Taljana, li tgħid li ħaddiem ta’ pajjiż terz li għandu “permess uniku għal xogħol” (validu għal iktar minn sitt xhur) ma jistax jibbenefika mill-imsemmija “allowance għal nukleu familjari b’minn tal-inqas tliet ulied minuri” minkejja li jkun jgħix ma’ tliet ulied minuri jew iktar u jkun jirċievi dħul li jkun inqas mil-limitu legali?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(2)  Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (ĠU L 343, p. 1).


Top