This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0441
Case C-441/16: Request for a preliminary ruling from the Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (Romania) lodged on 8 August 2016 — SMS group GmbH v Direcţia Generală Regională a Finanțelor Publice a Municipiului București
Kawża C-441/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – SMS group GmbH vs Direcţia Generală Regională a Finanțelor Publice a Municipiului București
Kawża C-441/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – SMS group GmbH vs Direcţia Generală Regională a Finanțelor Publice a Municipiului București
ĠU C 419, 14.11.2016, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 419/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – SMS group GmbH vs Direcţia Generală Regională a Finanțelor Publice a Municipiului București
(Kawża C-441/16)
(2016/C 419/39)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SMS group GmbH
Konvenuta: Direcţia Generală Regională a Finanțelor Publice a Municipiului București
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-Direttiva 79/1072/KEE (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 17(2) u (3)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi ta’ awtorità fiskali nazzjonali li tqis li ma jkunx hemm elementi oġġettivi li jiġġustifikaw l-intenzjoni ddikjarata tal-persuna taxxabbli li tuża l-beni importati fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha, fil-każ fejn, fid-data tal-importazzjoni, il-kuntratt li permezz tiegħu l-persuna taxxabbli tkun xtrat u importat il-beni kien sospiż, bir-riskju serju li l-provvista/it-tranżazzjoni sussegwenti li fir-rigward tagħha ġew importati l-imsemmija beni, ma titwettaqx iktar? |
2) |
Il-prova taċ-ċirkulazzjoni sussegwenti tal-beni importati, jiġifieri li jiġi stabbilit jekk u kif il-beni importati kienu effettivament intenzjonati għat-tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli, hija kundizzjoni supplimentari meħtieġa għall-finijiet tar-rimbors tal-VAT, differenti minn dawk previsti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 79/1072/KEE u pprojbita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta’ din l-istess direttiva, jew inkella informazzjoni neċessarja fuq il-kundizzjoni sostantiva għar-rimbors dwar l-użu ta’ beni importati fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet taxxabbli, li l-awtorità fiskali tistà teżiġi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva? |
3) |
Fid-dawl tal-interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-Direttiva 79/1072/KEE, moqrija flimkien mal-Artikolu 17(2) u (3)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE, id-dritt ta’ rimbors tal-VAT jista’ jinċaħad jekk it-tranżazzjoni sussegwenti prevista, fil-kuntest li fih kienu intenzjonati li jintużaw il-beni importati, ma titwettaqx iktar? F’tali ċirkustanzi, l-intenzjoni effettiva tal-beni, f’dan il-każ, jekk l-imsemmija beni ntużawx fi kwalunkwe każ, b’liema mod u f’liema territorju, jiġifieri fl-Istat Membru fejn tħallset il-VAT jew inkella barra minn dan l-Istat Membru, hija rilevanti? |
(1) It-Tmien Direttiva tal-Kunsill, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol 1, p. 79)
(2) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)