EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0510

Kawża C-510/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Carrefour Hypermarchés SAS et vs Ministre des Finances et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 108(3) TFUE — Regolament (KE) Nru 794/2004 — Skemi ta’ għajnuna nnotifikati — Artikolu 4 — Tibdil lill-għajnuna eżistenti — Żieda sinjifikattiva tad-dħul mit-taxxi allokati għall-finanzjament ta’ skemi ta’ għajnuna meta mqabbel mal-istimi nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea — Limitu ta’ 20 % tal-baġit inizjali)

ĠU C 408, 12.11.2018, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 408/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Carrefour Hypermarchés SAS et vs Ministre des Finances et des Comptes publics

(Kawża C-510/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 108(3) TFUE - Regolament (KE) Nru 794/2004 - Skemi ta’ għajnuna nnotifikati - Artikolu 4 - Tibdil lill-għajnuna eżistenti - Żieda sinjifikattiva tad-dħul mit-taxxi allokati għall-finanzjament ta’ skemi ta’ għajnuna meta mqabbel mal-istimi nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea - Limitu ta’ 20 % tal-baġit inizjali))

(2018/C 408/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carrefour Hypermarchés SAS, Fnac Paris, Fnac Direct, Relais Fnac, Codirep, Fnac Périphérie

Konvenut: Ministre des Finances et des Comptes publics

Dispożittiv

Żieda tad-dħul mit-taxxi li jiffinanzjaw diversi skemi ta’ għajnuna awtorizzati meta mqabbel mal-istimi nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi tibdil lill-għajnuna eżistenti, fis-sens tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE] u tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li implimenta r-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, moqri fid-dawl tal-Artikolu 108(3) TFUE, sakemm din iż-żieda ma tibqax inferjuri għal-limitu ta’ 20 %, previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament tal-aħħar.

Dan il-limitu għandu jiġi evalwat, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, f’relazzjoni mad-dħul allokat lill-iskemi ta’ għajnuna kkonċernati u mhux b’relazzjoni mal-għajnuna effettivament allokata.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


Top