Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0393

    Kawża C-393/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co. OHG, rappreżentata minn Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH, li kienet Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG Süd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli — Protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DOP) — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c) — Regolament (UE) Nru 1308/2013 — Artikolu 103(2)(a)(ii), (b) u (c) — Kamp ta’ applikazzjoni — Sfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP — Użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni ta’ DOP — Indikazzjoni falza jew qarrieqa — DOP “Champagne” użata fl-isem ta’ prodott tal-ikel — Isem “Champagner Sorbet” — Prodott tal-ikel li fih inbid tax-xampanja bħala ingredjent — Ingredjent li jikkonferixxi karatteristika essenzjali lill-prodott tal-ikel)

    ĠU C 72, 26.2.2018, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co. OHG, rappreżentata minn Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH, li kienet Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG Süd

    (Kawża C-393/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli - Protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DOP) - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c) - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Artikolu 103(2)(a)(ii), (b) u (c) - Kamp ta’ applikazzjoni - Sfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP - Użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni ta’ DOP - Indikazzjoni falza jew qarrieqa - DOP “Champagne” użata fl-isem ta’ prodott tal-ikel - Isem “Champagner Sorbet” - Prodott tal-ikel li fih inbid tax-xampanja bħala ingredjent - Ingredjent li jikkonferixxi karatteristika essenzjali lill-prodott tal-ikel))

    (2018/C 072/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne

    Konvenuti: Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co. OHG, rappreżentata minn Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH, li kienet Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG Süd,

    fil-preżenza ta’: Galana NV

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 491/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom il-każ fejn denominazzjoni ta’ oriġini protetta, bħalma hija “Champagne”, tiġi użata bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel, bħalma huwa “Champagner Sorbet” li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet ma’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet.

    2)

    L-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 491/2009 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, bħalma huwa “Champagner Sorbet”, jikkostitwixxi sfruttar tar-reputazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jekk dan il-prodott tal-ikel ma għandux bħala karatteristika essenzjali, togħma ġġenerata prinċipalment mill-preżenza ta’ dan l-ingredjent fil-kompożizzjoni tiegħu.

    3)

    L-Artikolu 118m(2)(b) tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 491/2009 u l-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, bħalma huwa “Champagner Sorbet” ma jikkostitwixxix użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

    4)

    L-Artikolu 118m(2)(c) tar-Regolament Nru 491/2009 u l-Artikolu 103(2)(c) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma applikabbli kemm għall-indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa li huma ta’ natura li joħolqu impressjoni żbaljata dwar l-oriġini tal-prodott ikkonċernat kif ukoll għall-indikazzjonijiet foloz u qarrieqa dwar in-natura jew fuq il-kwalitajiet essenzjali ta’ dan il-prodott.


    (1)  ĠU C 402, 31.10.2016


    Top