This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0331
Joined Cases C-331/16 and C-366/16: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 2 May 2018 (requests for a preliminary ruling from the Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Middelburg, Raad voor Vreemdelingenbetwistingen — Netherlands, Belgium) — K. v Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (C-331/16), H.F v Belgische Staat (C-366/16). (Reference for a preliminary ruling — Citizenship of the European Union — Right to move and reside freely within the territory of the Member States — Directive 2004/38/EC — Second subparagraph of Article 27(2) — Restrictions on the right of entry and the right of residence on grounds of public policy, public security or public health — Expulsion on grounds of public policy or public security — Conduct representing a genuine, present and sufficiently serious threat affecting one of the fundamental interests of society — Person whose asylum application has been refused for reasons within the scope of Article 1F of the Geneva Convention or Article 12(2) of Directive 2011/95/EU — Article 28(1) — Article 28(3)(a) — Protection against expulsion — Residence in the host Member State for the previous ten years — Imperative grounds of public security — Meaning)
Kawżi Magħquda C-331/16 u C-366/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Middelburg, Raad voor Vreemdelingenbetwistingen – il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju) – K. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (C-331/16), H. F.vs Belgische Staat (C-366/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38/KE — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) — Limitazzjoni tad-dritt ta’ residenza għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika — Tkeċċija mit-territorju minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika — Aġir li jirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà — Persuna li l-applikazzjoni tagħha għall-ażil ġiet irrifjutata għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1(F)(a) tal-Konvezjoni ta’ Genève jew tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2011/95/UE — Artikolu 28(1) — Artikolu 28(3)(a) — Protezzjoni minn tkeċċija — Residenza fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti — Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika — Kunċett)

ĠU C 231, 2.7.2018, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Middelburg, Raad voor Vreemdelingenbetwistingen – il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju) – K. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (C-331/16), H. F.vs Belgische Staat (C-366/16)
(Kawżi Magħquda C-331/16 u C-366/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38/KE — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) — Limitazzjoni tad-dritt ta’ residenza għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika — Tkeċċija mit-territorju minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika — Aġir li jirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà — Persuna li l-applikazzjoni tagħha għall-ażil ġiet irrifjutata għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1(F)(a) tal-Konvezjoni ta’ Genève jew tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2011/95/UE — Artikolu 28(1) — Artikolu 28(3)(a) — Protezzjoni minn tkeċċija — Residenza fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti — Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika — Kunċett)”
2018/C 231/04Lingwa tal-kawża: l-OlandiżQrati tar-rinviju
Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Middelburg, Raad voor Vreemdelingenbetwistingen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: K. (C-331/16), H.F. (C-366/16)
Konvenuti: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (C-331/16,), Belgische Staat (C-366/16)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li ċittadin tal-Unjoni Ewropea jew ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ tali ċittadin, li jitlob l-għoti ta’ dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru, kien, fil-passat, is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 1(F) tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f’Genève fit-28 ta’ Lulju 1951 u kkompletata mill-Protokoll dwar l-Istatus tar-Refuġjati, konkluż fi New York, fil-31 ta’ Jannar 1967, jew l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ma jippermettix lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru li jikkunsidraw awtomatikament li s-sempliċi preżenza tiegħu f’dan it-territorju tikkostitwixxi, irrispettivament mill-eżistenza jew le ta’ riskju ta’ reċidiva, theddida reali, attwali u serja biżżejjed għal interess fundamentali tas-soċjetà, li tista’ tiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika. Il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ tali theddida għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, ta’ aġir personali tal-individwu kkonċernat, li tieħu inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat u l-elementi li fuqhom din hija bbażata, b’mod partikolari n-natura u l-gravità tad-delitti jew l-aġir li huwa akkużat bihom, il-livell tal-implikazzjoni individwali tiegħu fihom, l-eżistenza possibbli ta’ raġunijiet ta’ eżenzjoni tar-responsabbiltà kriminali tiegħu kif ukoll l-eżistenza jew le ta’ kundanna kriminali. Din l-evalwazzjoni globali għandha wkoll tieħu inkunsiderazzjoni t-tul li għadda mit-twettiq preżunt ta’ dawn id-delitti jew aġir kif ukoll l-aġir ulterjuri tal-imsemmi individwu, b’mod partikolari dwar jekk dan l-aġir jurix persistenza, fih, ta’ attitudini ta’ preġudizzju ħsara għall-valuri fundamentali msemmija fl-Artikoli 2 u 3 TUE, b’mod li jista’ jipperturba t-trankwillità u s-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni. Is-sempliċi fatt li l-aġir passat ta’ dan l-indivdwu jinserixxi ruħu fil-kuntest storiku u soċjali speċifiku tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, li ma jistax jirrepeti ruħu fl-Istat Membru ospitanti, ma huwiex ta’ ostakolu għal tali konstatazzjoni. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom, barra minn hekk, jibbilanċaw, minn naħa, il-protezzjoni tal-interess fundamentali tas-soċjetà inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, l-interessi tal-persuna kkonċernata, dwar l-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħha bħala ċittadin tal-Unjoni kif ukoll għad-dritt tagħha ta’ rispett tal-ħajja privata u tal-familja. |
2) |
L-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-miżuri previsti jimplikaw it-tkeċċija tal-individwu kkonċernat tal-Istat Membru ospitanti, dan tal-aħħar għandu jieħu inkunsiderazzjoni n-natura u l-gravità tal-aġir ta’ dan l-individwu, it-tul u, skont il-każ, in-natura legali tar-residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru, il-perijodu li għadda mill-aġir li ġie akkużat bih, il-kondotta tiegħu matul dan il-perijodu, il-grad tal-perikolu attwali tiegħu għas-soċjetà, kif ukoll is-solidità tar-rabtiet soċjali, kulturali u tal-familja mal-imsemmi Stat Membru. L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal ċittadin tal-Unjoni Ewropea li ma għandux dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru ospitanti, fis-sens tal-Artikolu 16 u tal-Artikolu 28(2) ta’ din id-direttiva. |
( 1 ) ĠU C 326, 5.9.2016.