Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0322

Kawża C-322/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Global Starnet Ltd vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi, libertà ta’ stabbiliment, Moviment liberu tal-kapital u libertà ta’ intrapriża — Restrizzjonijiet — Għoti ta’ konċessjonijiet ġodda għall-ġestjoni online ta’ logħob — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi — Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali — Obbligu jew nuqqas ta’ obbligu tal-qorti nazzjonali li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja)

ĠU C 72, 26.2.2018, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Global Starnet Ltd vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato

(Kawża C-322/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi, libertà ta’ stabbiliment, Moviment liberu tal-kapital u libertà ta’ intrapriża - Restrizzjonijiet - Għoti ta’ konċessjonijiet ġodda għall-ġestjoni online ta’ logħob - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi - Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali - Obbligu jew nuqqas ta’ obbligu tal-qorti nazzjonali li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja))

(2018/C 072/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Global Starnet Ltd

Konvenuti: Ministero dell'Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 267(3) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux jiġu appellati b’mod ġudizzjarju hija obbligata, bħala prinċipju, li tipproċedi b’rinviju għal deċiżjoni preliminari ta’ kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni anki jekk, fil-kuntest tal-istess proċedura nazzjonali, il-Qorti Kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat tkun evalwat il-kostituzzjonalità tar-regoli nazzjonali ta’ kontenut identiku għal dawk tad-dritt tal-Unjoni.

2)

L-Artikoli 49 u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq persuni diġà konċessjonarji fis-settur tal-ġestjoni online ta’ logħob awtorizzat mil-liġi, kundizzjonijiet ġodda għall-eżerċizzju tal-attività tagħhom permezz ta’ addendum għall-kuntratt eżistenti, dment li l-qorti tar-rinviju tikkonkludi li din il-leġiżlazzjoni tista’ tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, li hija adatta sabiex tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet imfittxija u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.


(1)  ĠU C 343, 19.09.2016.


Top