Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0552

    Kawża T-552/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

    ĠU C 398, 30.11.2015, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 398/59


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

    (Kawża T-552/15)

    (2015/C 398/74)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Bank Refah Kargaran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkonstata li:

    billi adottat u żammet fis-seħħ il-miżura restrittiva adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra BRK, annullata mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 (Kawża T-25/11), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ta’ bidu għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea;

    illi konsegwentement, l-Unjoni Ewropea għandha tikkumpensa d-danni subiti mir-rikorrent;

    illi d-danni materjali jammontaw għal mhux iktar minn EUR 6 8 6 51  318, li magħhom irid jiżdied l-ammont ta’ interessi legali, u kwalunkwe ammont ieħor li jkun iġġustifikat;

    illi d-danni morali jammontaw għal mhux iktar minn EUR 5 2 5 47  415, li magħhom irid jiżdied l-ammont ta’ interessi legali, u kwalunkwe ammont ieħor li jkun iġġustifikat;

    sussidjarjament, li kull jew parti mill-ammonti mitluba bħala danni morali jitqiesu li jaqgħu taħt danni materjali, u li huma rrikonoxxuti bħala tali; u

    illi l-Kunsill għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi, li tnejn minnhom għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea, u tlieta minnhom mad-dannu li jirriżulta mill-illegalità mwettqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    Fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-aġir allegat kontra l-Kunsill (adozzjoni u ż-żamma fis-seħħ ta’ ffriżar ta’ fondi tar-rikorrent) debitament ikkonstatata permezz tas-sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill T-24/11, Ġabra, EU:T:2013:403.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-illegalità mwettqa mill-Kunsill hija ksur suffiċjentement serju tar-regoli tal-liġi maħsuba sabiex jagħtu drittijiet lill-individwi.

    Fir-rigward tad-dannu li jirriżulta mill-illegalità mwettqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-waqfien tal-attivitajiet tar-rikorrent ma’ istituzzjonijiet li jinsabu fl-Unjoni Ewropea minħabba l-iffriżar tal-fondi tiegħu.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq telf ta’ profitt wara l-iffriżar tal-linji ta’ kreditu.

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq dannu morali.


    Top