Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0750

Kawża T-750/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft et vs Il-Kummissjoni [“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Enerġija rinnovabbli — Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Liġi EEG tal-2014) — Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà”]

ĠU C 410, 7.11.2016, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-750/15) (1)

([“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Enerġija rinnovabbli - Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Liġi EEG tal-2014) - Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”])

(2016/C 410/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH (Zeitz, il-Ġermanja), RWE Power AG (Essen, il-Ġermanja) u Vattenfall Europe Mining AG (Cottbus, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Karpenstein, K. Dingemann u M. Kottmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5081 finali, tat-23 ta’ Lulju 2014, dwar is-sistema ta’ għajnuna mill-Istat SA.38632 (2014/N) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (EEG 2014 – Riforma tal-liġi dwar l-enerġija rinnovabbli).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH, RWE Power AG u Vattenfall Europe Mining AG huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


Top