Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0407

    Kawża T-407/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2016 – Monster Energy vs EUIPO – Hot-Can Intellectual Property (HotoGo self-heating can technology) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HotoGo self-heating can technology — Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea preċedenti li jirrappreżentaw dwiefer — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ konnessjoni bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 454, 5.12.2016, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 454/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2016 – Monster Energy vs EUIPO – Hot-Can Intellectual Property (HotoGo self-heating can technology)

    (Kawża T-407/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HotoGo self-heating can technology - Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea preċedenti li jirrappreżentaw dwiefer - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ konnessjoni bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2016/C 454/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Brownlow, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u P. Ivanov, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Hot-Can Intellectual Property Sdn Bhd (Cheras, Malasja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Mejju 2015 (Każ R 38/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Hot-Can Intellectual Property.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 311, 21.9.2015


    Top