Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0166

    Kawża C-166/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesu kolēģija (il-Lativja) fit-13 ta’ April 2015 – proċeduri kriminali kontra Ranks u Jurijs Vasiļevičs

    ĠU C 205, 22.6.2015, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesu kolēģija (il-Lativja) fit-13 ta’ April 2015 – proċeduri kriminali kontra Ranks u Jurijs Vasiļevičs

    (Kawża C-166/15)

    (2015/C 205/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesu kolēģija

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Proċeduri kirminali kontra: Aleksandrs Ranks, Jurijs Vasiļevičs

    artijiet oħra: Finanšu un ekonomisko noziegumu izmeklēšanas prokoratūra, Microsoft Corporation

    Domandi preliminari

    1)

    Persuna li akkwistat programm tal-kompjuter b’liċenzja “użat” fuq diska li ma hijiex oriġinali, li topera u li l-ebda utent ieħor ma juża, tista’, skont l-Artikoli 5(1) u 4(2) tad-Direttiva 2009/24 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tinvoka l-eżawriment tad-dritt li titqassam kopja ta’ dan il-programm tal-kompjuter li l-ewwel xerrej ikun akkwista mingħand id-detentur tad-drittijiet flimkien mad-diska oriġinali, iżda d-diska ddeterorjat, jekk l-ewwel xerrej ħassar il-kopja tagħha jew ma għadux jużaha?

    2)

    Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, persuna li tista’ tinvoka l-eżawriment tad-dritt li titqassam kopja tal-programm tal-kompjuter għandha d-dritt li terġa’ tbigħ dan il-programm tal-kompjuter fuq diska li ma hijiex l-oriġinali lil terz, fis-sens tal-Artikoli 4(2) u 5(2) tad-Direttiva 2009/24?


    (1)  Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 05.05.2009, p. 16).


    Top