Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0152

    Kawża C-152/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL

    ĠU C 205, 22.6.2015, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL

    (Kawża C-152/15)

    (2015/C 205/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal da Relação de Lisboa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda

    Konvenuti: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL

    Domandi preliminari

    1)

    Garanzija bankarja, intiża għall-kisba ta’ ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura fuq l-esportazzjoni, tista’ tiġi implementata bin-nuqqas ta’ osservanza ta’ “rekwiżiti oħra”, li jkunu ġew ivverifikati biss permezz ta’ miżuri ta’ kontroll, imwettqa wara li seħħew l-esportazzjoni u l-iżdoganament tal-merkanzija rispettiva?

    2)

    Jew, bil-kontra, din il-garanzija tista’ tiġi implementata bin-nuqqas ta’ “rekwiżiti oħra” li ġew ivverifikati biss wara tali żdoganament?


    Top