Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0508

    Kawżi Magħquda C-508/15 u C-509/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Sidika Ucar (C-508/15), Recep Kilic (C-509/15) vs Land Berlin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni Nru 1/80 — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 — Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork fis-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru — Kundizzjonijiet — Assenza ta’ neċessità għall-ħaddiem Tork li jkun jagħmel parti mis-suq regolari tax-xogħol matul l-ewwel tliet snin tar-residenza tal-membru tal-familja)

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Sidika Ucar (C-508/15), Recep Kilic (C-509/15) vs Land Berlin

    (Kawżi Magħquda C-508/15 u C-509/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 - Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork fis-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru - Kundizzjonijiet - Assenza ta’ neċessità għall-ħaddiem Tork li jkun jagħmel parti mis-suq regolari tax-xogħol matul l-ewwel tliet snin tar-residenza tal-membru tal-familja))

    (2017/C 053/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sidika Ucar (C-508/15), Recep Kilic (C-509/15)

    Konvenut: Land Berlin

    Dispożittiv

    L-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tagħti dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti lill-membru tal-familja ta’ ħaddiem Tork, li ġie awtorizzat jidħol f’dan l-Istat Membru, għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja, u li, sa mid-data tad-dħul tiegħu fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru, għex ma’ dan il-ħaddiem Tork, anki jekk il-perijodu ta’ mill-inqas tliet snin li matulu dan tal-aħħar kien jagħmel parti mis-suq regolari tax-xogħol ma bediex immedjatament mal-wasla tal-membru tal-familja kkonċernat fl-Istat Membru ospitanti, iżda warajha.


    (1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


    Top