EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0223

Kawża C-223/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settemnbru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – combit Software vs Commit Business Solutions Ltd (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Natura unitarja — Konstatazzjoni ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni għal parti biss tal-Unjoni — Portata territorjali tal-projbizzjoni li hemm fl-Artikolu 102 tal-imsemmi regolament”)

ĠU C 419, 14.11.2016, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settemnbru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – combit Software vs Commit Business Solutions Ltd

(Kawża C-223/15) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Natura unitarja - Konstatazzjoni ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni għal parti biss tal-Unjoni - Portata territorjali tal-projbizzjoni li hemm fl-Artikolu 102 tal-imsemmi regolament”))

(2016/C 419/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: combit Software GmbH

Konvenuta: Commit Business Solutions Ltd

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2), l-Artikolu 9(1)(b) u l-Artikolu 102(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea tikkonstata li l-użu ta’ sinjal joħloq probabbiltà ta’ konfużjoni ma’ trade mark tal-Unjoni Ewropea f’parti mit-territorju tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li ma joħloqx tali probabbiltà f’parti oħra ta’ dan it-territorju, din il-qorti għandha tikkonkludi li hemm ksur tad-dritt esklużiv mogħti minn din it-trade mark u tippronunzja ordni ta’ waqfien tal-imsemmi użu għat-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-parti ta’ din tal-aħħar fejn ġiet ikkonstatata l-assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.


(1)  ĠU C 294, 07.09.2015


Top