Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0665

    Kawża T-665/14 P: Appell ippreżentat fis- 17 ta’ Settembru 2014 minn Robert Klar u Francisco Fernandez Fernandez mid-digriet mogħti fis- 16 ta’ Lulju 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-114/13, Klar u Fernandez Fernandez vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 380, 27.10.2014, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/24


    Appell ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2014 minn Robert Klar u Francisco Fernandez Fernandez mid-digriet mogħti fis-16 ta’ Lulju 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-114/13, Klar u Fernandez Fernandez vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-665/14 P)

    2014/C 380/32

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Robert Klar (Grevenmacher, il-Lussemburgu) u Francisco Fernandez Fernandez (Steinsel, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Lulju 2014;

    tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex dan jagħti deċiżjoni fuq il-mertu tagħha;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell, l-appellanti jinvokaw aggravju wieħed ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra b’mod żbaljat li r-rikors kien manifestament inammissibbli, minħabba nuqqas ta’ proċedura prekontenzjuża regolari, safejn in-nota tal-Awtorità tal-Ħatra ta’ Ottubru 2012 ma tikkostitwixxix la min-naħa tal-kliem tagħha, la min-naħa tal-kuntest, u lanqas min-naħa tal-forma tagħha, att li jikkawża preġudizzju, li n-notifika tiegħu kienet tiskatta t-terminu għall-preżentata tal-ilment.


    Top