Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0632

    Kawża T-632/14: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Awwissu 2014 – Intercon vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 380, 27.10.2014, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/16


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2014 – Intercon vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-632/14)

    2014/C 380/22

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Intercon Sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: B. Eger, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara li, bl-ordni għall-ħlas lura tal-ammont ta’ EUR 2 58  479.21, il-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ Għoti Nru ARTreat – 224297 taħt is-Seba’ Programm Qafas ta’ Riċerka (FP7);

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv

    eċċess tal-limiti tal-portata tal-eżami minħabba l-awditu li sar u l-evalwazzjoni irregolari sussegwenti tar-riżultati tal-eżami.

    2.

    It-tieni motiv

    nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-Formola C iffirmata mill-benefiċjarju, minkejja li l-Kummissjoni talbet li din tiġi prodotta, u nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi fl-għamla ta’ dikjarazzjoni ta’ impjegat li tikkonferma li ma kienx possibbli li jikseb dokumenti mingħand il-koordinatur tal-konsorzju

    3.

    It-tielet motiv

    nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kummenti u kjarifikazzjonijiet ġodda b’riferiment għall-Artikolu II.22.5 tal-Anness tal-Ftehim, minkejja li l-Kummissjoni talbet lill-benefiċjarju jipproduċihom u imponiet terminu għal dan il-għan.


    Top