EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0595

Kawża C-595/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/26


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-595/14)

(2015/C 138/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola u M. Pencheva, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/688/UE, tal-25 ta’ Settembru 2014, li tissottoponi 4-iodjo-2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), 3,4-dikloro-N-[[1-(dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), 3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u 2-(3-metossifenil)-2-(etilamino)ċikloessanon (metossetamina) għal miżuri ta’ kontroll (1);

iżżomm l-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/68/UE, sal-mument meta tiġi ssostitwita b’att ġdid adottat fil-forma stabbilita;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, il-Parlament Ewropew jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv jirrigwarda l-użu mill-Kunsill ta’ bażi legali mħassra bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u alternattivament, ta’ bażi legali sekondarja, li, bħala tali, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija illegali.

It-tieni motiv jirrigwarda l-użu mill-Kunsill ta’ proċedura deċiżjonali għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/688/UE li ma hijiex legalment korretta. Il-Parlament ma ġiex involut fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Minn dan il-Parlament, konsegwentement, jiddeduċi ksur tat-Trattati u tal-forom proċedurali sostanzjali.

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tannulla d-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament Ewropew iqis li jkun opportun li l-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita d-diskrezzjoni tagħha sabiex iżżomm l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, sal-mument meta tiġi ssostitwita b’att ġdid adottat fil-forma stabbilita.


(1)  ĠU L 287, p. 22.


Top