EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0512

Kawża C-512/14 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-686/13, Unibail vs UASI

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/24


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-686/13, Unibail vs UASI

(Kawża C-512/14 P)

(2015/C 138/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Unibail Management

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza kkontestata,

tiddeċiedi l-kawża skont it-tieni frażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut, u

tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant iqajjem aggravju wieħed insostenn tal-appell tiegħu. L-UASI jqis fil-fatt li l-Qorti Ġenerali kisret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1), tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tal-istess regolament. Il-Qorti Ġenerali mhux biss għamlet interpretazzjoni żbaljata tal-portata tal-kunċett ta’ motivazzjoni globali, iżda wkoll interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tagħha stess. Fl-aħħar nett, l-appellant jilmenta li l-Qorti Ġenerali wetqet inverżjoni tal-oneru tal-prova.


(1)  ĠU L 78, p. 1.


Top