EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0043

Kawża C-43/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – ŠKO-ENERGO s. r. o. vs Odvolací finanční ředitelství (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tas-saff tal-ożonu — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti — Applikazzjoni ta’ taxxa fuq id-donazzjonijiet għal tali allokazzjoni)

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – ŠKO-ENERGO s. r. o. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-43/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-saff tal-ożonu - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti - Applikazzjoni ta’ taxxa fuq id-donazzjonijiet għal tali allokazzjoni))

(2015/C 138/25)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ŠKO–ENERGO s. r. o.

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ taxxa fuq id-donazzjonijiet bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn din it-taxxa ma tkunx tosserva l-limitu ta’ 10 % ta’ allokazzjoni bi ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet previst f’dan l-artikolu, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.


Top