Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0006

    Kawża C-6/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Wucher Helicopter GmbH, Euro-Aviation Versicherungs AG vs Fridolin Santer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 785/2004 — Trasportaturi bl-ajru u operaturi ta’ inġenji tal-ajru — Assigurazzjonijiet — Rekwiżiti — Kunċetti ta’ ‘passiġġier’ u ta’ ‘membru tal-ekwipaġġ’ — Ħelikopter — Trasport ta’ espert fil-qasam tal-iskattar ta’ valangi bl-isplussiv — Dannu sostnut matul titjira fil-kuntest tax-xogħol — Kumpens)

    ĠU C 138, 27.4.2015, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/18


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Wucher Helicopter GmbH, Euro-Aviation Versicherungs AG vs Fridolin Santer

    (Kawża C-6/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 785/2004 - Trasportaturi bl-ajru u operaturi ta’ inġenji tal-ajru - Assigurazzjonijiet - Rekwiżiti - Kunċetti ta’ ‘passiġġier’ u ta’ ‘membru tal-ekwipaġġ’ - Ħelikopter - Trasport ta’ espert fil-qasam tal-iskattar ta’ valangi bl-isplussiv - Dannu sostnut matul titjira fil-kuntest tax-xogħol - Kumpens))

    (2015/C 138/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Wucher Helicopter GmbH, Euro-Aviation Versicherungs AG

    Konvenut: Fridolin Santer

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 3(g) tar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li tkun tinsab f’ħelikopter miżmum minn trasportatur bl-ajru Komunitarju, li tkun qiegħda tiġi ttrasportata fuq bażi ta’ kuntratt konkluż bejn il-persuna li timpjegaha u dan it-trasportatur bl-ajru bl-għan li twettaq kompitu partikolari, bħalma huwa dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija “passiġġier” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

    2)

    L-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999 abbażi tal-Artikolu 300(2) KE, approvata f’isimha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “passiġġier”, fis-sens tal-Artikolu 3(g) tar-Regolament Nru 785/2004, taqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “passiġġier” fis-sens tal-Artikolu 17 ta’ dik il-Konvenzjoni, meta dik il-persuna tkun ġiet ittrasportata abbażi ta’ “kuntratt tat-trasport” fis-sens tal-Artikolu 3 tal-imsemmija Konvenzjoni.


    (1)  ĠU C 129, 28.04.2014.


    Top