Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0393

    Kawża T-393/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2015 – SolarWorld u Solsonica vs Il-Kummissjoni [“Dumping — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati miċ-Ċina — Dazju anti-dumping provviżorju”]

    ĠU C 205, 22.6.2015, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/32


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2015 – SolarWorld u Solsonica vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-393/13) (1)

    ([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati miċ-Ċina - Dazju anti-dumping provviżorju”])

    (2015/C 205/42)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); u Solsonica SpA (Cittaducale, l-Italja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Suġġett

    Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013, tal-4 ta’ Ġunju 2013, li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 152, p. 5) sa fejn ir-rata tal-imsemmija dazji provviżorji hija stabbilita, għall-perijodu mis-6 ta’ Ġunju sal-5 ta’ Awwissu 2013, għal-livell li jelimina la d-dumping u lanqas id-dannu, fit-tieni lok, talba għall-ordni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li japplikaw ir-rati sħaħ tad-dazji antidumping mis-6 ta’ Ġunju 2013 u, fit-tielet lok, talba għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni għad-dannu li r-rikorrenti subew minħabba l-applikazzjoni, matul il-perijodu mis-6 ta’ Ġunju sal-5 ta’ Awwissu 2013 tad-dazji anti-dumping provviżorji għar-rata stabbilita mir-Regolament Nru 513/2013.

    Dispożittiv

    1)

    It-tieni kap tat-talbiet ta’ SolarWorld AG u Solsonica SpA, intiż sabiex ikun mehmuż lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li japplikaw ir-rati tad-dazju antidumping indikati fl-Artikolu 1(2)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013, tal-4 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin, u l-komponenti ewlenin (ċelloli u wejfers) li joriġinaw jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni, u dan mis-6 ta’ Ġunju 2013, huwa manifestament inammissibbli.

    2)

    Ma tistax iżjed tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors għal annullament tar-Regolament Nru 513/2013 u fuq ir-rikors għad-danni.

    3)

    SolarWorld u Solsonica għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll terz mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Din tal-aħħar għandha tbati l-bqija mill-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


    Top