Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0336(01)

    Kawża T-336/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 2 ta’ Settembu 2014 – Borghezio vs Il-Parlament ( “Rikors għal annullament — Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, f’sessjoni plenarja, li tinforma lill-assemblea dwar l-esklużjoni ta’ deputat Ewropew mill-grupp politiku li miegħu huwa rreġistrat — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Rikors manifestament inammissibbli” )

    ĠU C 380, 27.10.2014, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/12


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembu 2014 – Borghezio vs Il-Parlament

    (Kawża T-336/13) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, f’sessjoni plenarja, li tinforma lill-assemblea dwar l-esklużjoni ta’ deputat Ewropew mill-grupp politiku li miegħu huwa rreġistrat - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Rikors manifestament inammissibbli”))

    2014/C 380/16

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Mario Borghezio (Torino, l-Italja) (rappreżentant: H. Laquay, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz u M. Windisch, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, meħuda fil-forma ta’ dikjarazzjoni tal-President tiegħu fis-sessjoni plenarja tal-10 ta’ Ġunju 2013, li tindika li, mit-3 ta’ Ġunju 2013, ir-rikorrent kien qed jipparteċipa bħala deputat mhux irreġistrat minħabba l-esklużjoni tiegħu mill-grupp politiku “Europe Libertés Démocratie” b’effett minn din id-data.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Mario Borghezio għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


    Top