Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FN0017

    Kawża F-17/13: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 123, 27.4.2013, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 123/30


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-17/13)

    2013/C 123/53

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: A. Salerno, B. Cortese, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda mill-Kummissjoni tat-talba għar-reklutaġġ tar-rikorrenti ppreżentata mill-OIL.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali kkawżat lir-rikorrenti bid-deċiżjoni kkontestata li għandu jiġi evalwat fl-ammont li jikkorrispondi għad-differenza, mix-xahar ta’ Ottubru 2011 sal-mument li fih hija ġiet irreklutata fil-GF III, bejn il-pagamenti li jikkorrispondu għal GF III u dawk li hija kompliet tirċievi bħala AC tal-GF II, miżjuda bl-interessi korrispondenti mid-data ta’ maturità ta’ kull paga mensili sad-data tal-pagament effettiv tagħhom.

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.


    Top