Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0139

Kawża C-139/13: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

ĠU C 156, 1.6.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/22


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-139/13)

2013/C 156/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Maidani u G. Wils, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li peress li ma applikax, sat-28 ta’ Ġunju 2009, it-terminu previst mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004 (1), l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar il-ħruġ ta’ passaporti bijometriċi li jinkludu l-marki tas-swaba diġitali, skont id-dispożizzjonijiet inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2009, tat-28 ta’ Ġunju 2006, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmi regolament,

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tilmenta lir-Renju tal-Belġju ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex jiżgura l-għoti ta’ passaporti bijometriċi li jintegraw il-marki tas-swaba diġitali fit-terminu preskritt mir-Regolament (KE) Nru 2252/2004.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, p. 375)


Top