This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0109
Case C-109/13: Action brought on 6 March 2013 — European Commission v Republic of Finland
Kawża C-109/13: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
Kawża C-109/13: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
ĠU C 123, 27.4.2013, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/13 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-109/13)
2013/C 123/21
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, O. Beynet u I. Koskinen)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja
Talbiet
— |
tiddikjara li r-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (1), sa fejn hija naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 2(1), (2), (5), (7), (8), (9), (11), (13), (14), (17), (18), (19), (21), (22), (24), (28) sa (35), l-Artikolu 3(5)(a) u (9)(c), l-Artikolu 9(1), (2), (3), (7), (9), (10) u (12), l-Artikoli 10 u 11, l-Artikolu 12(d) u (h), l-Artikolu 13 u 14, it-tieni u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 16(1), l-Artikolu 16(2) u (3), l-Artikoli 17 sa 23, l-Artikolu 25(1), it-tielet u r-raba’ sentenzi tal-Artikolu 26(2)(c), it-tieni u r-raba’ sentenzi tal-Artikolu 26(2)(d), l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 29, l-Artikolu 35(4) u (5), l-Artikolu 36(a) sa (e), (g) u (h), l-Artikolu 37(1)(b) sa (u), (3), (4)(b) u (d), (5) u (9), l-Artikolu 38(1), l-Artikolu 39(1), (4) u (8), l-Artikolu 40(1), (2), (3), (6) u (7) u kif ukoll is-sitt u t-tmien inċiżi tal-punt 1(a), il-punt 1(d), (f) u (j) tal-Anness I tal-imsemmija direttiva, jew minn tal-inqas naqset milli tinforma lill-Kummissjoni bihom u sa fejn hija naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex timplementa l-imsemmija direttiva għall-Provinċja Åland, jew minn tal-inqas naqset milli tinforma lill-Kummissjoni bihom. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għal ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 32 140,80 kuljum applikabbli mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu previst għall-implementazzjoni tad-Direttiva skada fit-3 ta’ Marzu 2011.
(1) ĠU L 211, p. 55.