Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0039

    Kawża C-39/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil- 25 ta’ Jannar 2013 — Inspecteur van de Belastingdienst Noord/kantoor Groningen vs SCA Group Holding BV

    ĠU C 123, 27.4.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 123/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Jannar 2013 — Inspecteur van de Belastingdienst Noord/kantoor Groningen vs SCA Group Holding BV

    (Kawża C-39/13)

    2013/C 123/11

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Gerechtshof Amsterdam

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Inspecteur van de Belastingdienst Noord/kantoor Groningen

    Konvenuta: SCA Group Holding BV

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-fatt li l-persuna kkonċernata ġiet miċħuda l-benefiċċju tal-iskema Olandiża tal-entità fiskali għall-attivitajiet u l-patrimonju tal-kumpanniji Alphabet Holding, HP Holding u Alpha Holding, li huma s-sub (sub)sussidjarji tagħha stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, jikkostitwixxi ostaklu għal-libertà ta’ stabbiliment skont l-Artikolu 43 KE moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE?

    Fid-dawl tal-għanijiet li tal-iskema Olandiża tal-entità fiskali (ara l-punti 4.13.7 sa 4.13.9. inkluż), is-sitwazzjoni tas-(sub) subsussidjarji Alphabet Holding, HP Holding u Alpha Holding hija oġġettivament komparabbli (ara l-punti 4.13.11 sa 4.13.13 inklużi) (i) għas-sitwazzjoni tal-kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi li huma is-(sub-)sussidjarji ta’ kumpannija intermedjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li ma għażlitx li tiġi integrata f’entità fiskali flimkien mal-kumpannija parent tagħha stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi u li, bħala kumpanniji subsussidjarji, ma għandhomx għaldaqstant iktar minn Alphabet Holding, HP Holding u Alpha Holding aċċess għall-iskema ta’ entità fiskali fejn huma jkunu integrati flimkien mal-kumpannija (gran) parent (unikament) jew hija oġġettivament komparabbli (ii) għas-sitwazzjoni ta’ subsussidjarji stabbliti fil-Pajjiżi l-Baxi li għażlu flimkien mal-kumpannija parent tagħhom stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-kumpannija intermedjarja tagħhom li jistabilixxu entità fiskali flimkien mal-kumpannija (gran) parent tagħhom u li l-attivitajiet u l-patrimonju tagħhom huma għalhekk ikkonsolidati filwaqt li Alphabet Holding, HP Holding u Alpha Holding ma humiex?

    (2)

    Il-fatt li l-kumpanniji Olandiżi kkonċernati huma miżmuma minn kumpannija intermedjarja waħda (li tinsab f’livell iktar għoli fl-istruttura tal-grupp u) li hi stabbilità fi Stat Membru ieħor jew li dawn kienu miżmuma, bħal Alphabet Holding, HP Holding u Alpha Holding f’dan il-każ, minn żewġ (jew iktar) kumpanniji intermedjarji, ċertament stabbiliti fi Stat Membru ieħor, (li jkunu f’livell jew iktar fl-għoli tal-istruttura tal-grupp) għandu effett fuq ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 1?

    (3)

    F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel sentenza tad-domanda 1, jista’ l-ostaklu għal-libertà ta’ stabbiliment jiġi ġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, u b’mod iktar partikolari min-neċessità li tinżamm koerenza fiskali, inkluża n-neċessità li jiġi evitat it-teħid inkunsiderazzjoni doppju, unilaterali u bilaterali, tat-telf (ara l-punti 4.14.8 sa 4.14.16 inklużi)? Il-fatt li r-riskju ta’ teħid inkunsiderazzjoni doppju tat-telf ma jeżistix f’dan il-każ (ara l-punt 4.14.12) għandu effett f’dan ir-rigward?

    (4)

    F’każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment għandha tiġi kkunsidrata bħala proporzjonali (ara l-punti 4.14.18 sa 4.14.20 inklużi)?


    Top