Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0691

    Kawża C-691/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Les Laboratoires Servier SA vs Ministre des affaires sociales et de la santé, Ministre de l’Économie et des Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 89/105/KEE — Artikolu 6(2) — Stabbiliment ta’ lista ta’ prodotti mediċinali rrimborsati mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard — Modifika tal-kundizzjonijiet għar-rimbors ta’ prodott mediċinali fl-okkażjoni tat-tiġdid tal-inklużjoni tiegħu f’tali lista — Obbligu ta’ motivazzjoni)

    ĠU C 138, 27.4.2015, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Les Laboratoires Servier SA vs Ministre des affaires sociales et de la santé, Ministre de l’Économie et des Finances

    (Kawża C-691/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 89/105/KEE - Artikolu 6(2) - Stabbiliment ta’ lista ta’ prodotti mediċinali rrimborsati mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard - Modifika tal-kundizzjonijiet għar-rimbors ta’ prodott mediċinali fl-okkażjoni tat-tiġdid tal-inklużjoni tiegħu f’tali lista - Obbligu ta’ motivazzjoni))

    (2015/C 138/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Les Laboratoires Servier SA

    Konvenuti: Ministre des affaires sociales et de la santé, Ministre de l’Économie et des Finances

    Dispożittiv

    L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna [għall-użu mill-bniedem] u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa [assigurazzjoni għall-mard], għandu jiġi interpretati fis-sens li l-obbligu ta’ motivazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni japplika fir-rigward ta’ deċiżjoni li ġġedded l-inklużjoni ta’ prodott fil-lista ta’ prodotti mediċinali koperti mis-sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard, iżda li tillimita r-rimbors ta’ dan il-prodott għal ċertu kategorija ta’ pazjenti.


    (1)  ĠU C 85, 22.03.2014.


    Top