EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0479

Kawża C-479/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — VAT — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa — Provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi)

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-479/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa - Provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi))

(2015/C 138/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Soulay u F. Dintilhac, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J.-S. Pilczer, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenutaparti l-oħra fil-kawża: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u M. J.-C. Halleux, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 96 u 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2010, moqrija flimkien mal-Annessi II u III tal-imsemmija direttiva u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, tal-15 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112.

2)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013


Top