EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0346

Kawża C-346/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – Il-Belġju – Ville de Mons vs Base Company, li qabel kienet KPN Group Belgium SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20/KE — Artikolu 13 — Tariffa għad-drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni komunali li tissuġġetta lill-proprjetarji ta’ piluni u ta’ arbli tax-xandir għat-telefonija mobbli għall-ħlas ta’ taxxa)

ĠU C 398, 30.11.2015, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – Il-Belġju – Ville de Mons vs Base Company, li qabel kienet KPN Group Belgium SA

(Kawża C-346/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 13 - Tariffa għad-drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni komunali li tissuġġetta lill-proprjetarji ta’ piluni u ta’ arbli tax-xandir għat-telefonija mobbli għall-ħlas ta’ taxxa))

(2015/C 398/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ville de Mons

Konvenuta: Base Company, li qabel kienet KPN Group Belgium SA

Dispożittiv

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tiġi imposta fuq proprjetarju ta’ strutturi li jżommu waħedhom, bħal piluni jew arbli tax-xandir, intiżi li jappoġġaw l-antenni neċessarji għall-funzjonament tajjeb tan-netwerk ta’ telekomunikazzjoni mobbli, li ma setgħux jitpoġġew fuq sit eżistenti.


(1)  ĠU C ##, ##.


Top