Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0436

Kawża T-436/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Lulju 2015 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI Ceramicas del Foix (Rock & Rock) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva Rock & Rock — Trade marks nazzjonali preċedenti MASTERROCK, FIXROCK, FLEXIROCK, COVERROCK u CEILROCK — Raġuni assoluta għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 279, 24.8.2015, pp. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Lulju 2015 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI Ceramicas del Foix (Rock & Rock)

(Kawża T-436/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva Rock & Rock - Trade marks nazzjonali preċedenti MASTERROCK, FIXROCK, FLEXIROCK, COVERROCK u CEILROCK - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 279/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ceramicas del Foix, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Pérez Serrres u R. Guerras Mazón, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Lulju 2012 (Każ R 495/2011-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG u Ceramicas del Foix, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 379, 8.12.2012


Top