Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0158

Kawża T-158/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Jannar 2014 — European Dynamics Belgium et vs EMA ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvisti ta’ servizzi barranin fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer — Deċiżjoni li tiġi kklassifikata l-offerta ta’ offerent fit-tieni pożizzjoni għall-finijiet ta’ kuntratt fi stadji — Kriterji ta’ għoti — Żieda ta’ kriterju ta’ għoti mhux ipprovdut mid-dokumenti kuntrattwali — Evalwazzjoni ta’ kriterju ta’ selezzjoni matul il-fażi ta’ għoti — Trasparenza” )

ĠU C 71, 8.3.2014, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 — European Dynamics Belgium et vs EMA

(Kawża T-158/12) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvisti ta’ servizzi barranin fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer - Deċiżjoni li tiġi kklassifikata l-offerta ta’ offerent fit-tieni pożizzjoni għall-finijiet ta’ kuntratt fi stadji - Kriterji ta’ għoti - Żieda ta’ kriterju ta’ għoti mhux ipprovdut mid-dokumenti kuntrattwali - Evalwazzjoni ta’ kriterju ta’ selezzjoni matul il-fażi ta’ għoti - Trasparenza)

(2014/C 71/30)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju); European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu); Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja); u European Dynamics UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński u C. Maignen, aġenti, assistiti inizjalment minn H.-G. Kamann u E. Arsenidou, sussegwentement minn H.-G. Kamann u A. Dritsa, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni EMA/67882/2012 tal-EMA, tal-31 ta’ Jannar 2012, li tikklassifika l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni għall-firma ta’ kuntratt-qafas, wara sejħa għal offerti EMA/2011/17/ICT, dwar il-provvista ta’ servizzi barranin fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

European Dynamics Belgium SA, European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai u European Dynamics UK Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 23.6.2012.


Top