Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0591

    Kawża C-591/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 8 ta’ Mejju 2014 – Bimbo, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Panrico, SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BIMBO DOUGHNUTS — Trade mark verbali Spanjola preċedenti DOGHNUTS — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Pożizzjoni distintiva awtonoma ta’ element ta’ trade mark verbali komposta)

    ĠU C 202, 30.6.2014, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 202/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – Bimbo, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Panrico, SA

    (Kawża C-591/12 P) (1)

    ((Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BIMBO DOUGHNUTS - Trade mark verbali Spanjola preċedenti DOGHNUTS - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Pożizzjoni distintiva awtonoma ta’ element ta’ trade mark verbali komposta))

    2014/C 202/06

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Bimbo, SA (rappreżentanti: C. Prat, avukat, R. Ciullo, Barrister)

    Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u J. Crespo Carrillo, aġenti), Panrico, SA (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tal-10 ta’ Ottubru 2012, fil-Kawża T-569/10, Bimbo, S c vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “BIMBO DOUGHNUTS”, għal prodotti fil-klassi 30, kontra d-Deċiżjoni R 838/2009-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks verbali internazzjonali u nazzjonali “DONUT”, “DOGHNUTS” u “DONUTS” u tat-trade marks figurattivi internazzjonali u nazzjonali li jinkludu l-element verbali “donuts”, għal prodotti fil-klassi 30 – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Bimbo SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


    Top