EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0602
Case T-602/11: Action brought on 22 November 2011 — Pêra-Grave v OHIM — Fundação De Almeida (QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA)
Kawża T-602/11: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Novembru 2011 — Pêra-Grave vs UASI — Fundação De Almeida (QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA)
Kawża T-602/11: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Novembru 2011 — Pêra-Grave vs UASI — Fundação De Almeida (QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA)
ĠU C 32, 4.2.2012, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/30 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2011 — Pêra-Grave vs UASI — Fundação De Almeida (QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA)
(Kawża T-602/11)
2012/C 32/63
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pêra-Grave Sociedade Agrícola, Unipessoal, Lda (Évora, il-Portugall) (rappreżentanti: J. de Oliveira Vaz Miranda Sousa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fundação Eugénio De Almeida (Évora, il-Portugall)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 1797/2010-2 bil-konsegwenza li l-oppożizzjoni magħmula kontra t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni tiġi miċħuda fl-intier tagħha u għaldaqstant ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni tintlaqa’ fl-intier tagħha; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA”, għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7291669
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Portugiża “VINHO PÊRAMANCA TINTO”, irreġistrata bin-Nru 283684, għal prodotti fil-klassi 33; it-trade mark figurattiva Portugiża “VINHO PÊRAMANCA BRANCO”, irreġistrata bin-Nru 308864, għal prodotti fil-klassi 33; l-applikazzjoni għal trade mark Portugiża Nru 405797 tat-trade mark figurattiva “PÊRAMANCA”, għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: oppożizzjoni u appell milqugħa, deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda għall-prodotti kkontestati kollha
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) wettaq żball ta’ liġi meta naqqas il-piż globali tal-ammont numeruż ta’ nuqqas ta’ xebh viżiv, awditiv u kunċettwali bejn is-sinjali, u żied, u għaldaqstant ta importanza żejda lill-impatt globali tal-uniku element komuni li hemm bejniethom, jiġifieri l-elementi verbali “PERA” u “MANCA”; u (ii) applika b’mod żbaljat il-prinċipju u l-approċċ stabbilit mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-332/05 “TERRANUS/TERRA” għall-kawża sub judice u qies b’mod żbaljat li l-livell ta’ xebh globali bejn is-sinjali kunfliġġenti kien biżżejjed sabiex iwassal għal probabbiltà ta’ konfużjoni.