EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0566
Case T-566/11: Action brought on 31 October 2011 — Viejo Valle v OHIM — Etablissements Coquet (Coffee service set with grooves)
Kawża T-566/11: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Ottubru 2011 — Viejo Valle vs UASI — Etablissements Coquet (sett tal-kafé bi skanalaturi)
Kawża T-566/11: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Ottubru 2011 — Viejo Valle vs UASI — Etablissements Coquet (sett tal-kafé bi skanalaturi)
ĠU C 32, 4.2.2012, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/26 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Viejo Valle vs UASI — Etablissements Coquet (sett tal-kafé bi skanalaturi)
(Kawża T-566/11)
2012/C 32/55
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Viejo Valle, SA (L’Olleria, Spanja) (rappreżentanti: I. Temiño Ceniceros, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Etablissements Coquet SA (Saint Léonard de Noblat, Franza)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara lil dan ir-rikors flimkien mal-annessi tiegħu bħala ammissibbli; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 1054/2010-3; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn irreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn Nru 384.912-0001, li jirrappreżenta sett tal-pranzu b’dekorazzjoni; tazza tal-kafé bi plattina
Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: Etablissements Coquet SA
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, billi d-disinn Komunitarju jikkostitwixxi użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u l-Artikolu 28(1)(b)(iii) tar-Regolament Nru 2245/2002 peress li l-konvenut ma kienx iddokumenta kif xieraq ix-xogħol protett li fuqu hija bbażata t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, la dwar il-proprjetarju tiegħu u lanqas dwar l-għan tiegħu.