Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0035

    Kawża T-35/11: Rikors ippreżentat fil- 24 ta’ Jannar 2011 — Kyocera Mita Europe vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 80, 12.3.2011, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/25


    Rikors ippreżentat fil-24 ta’ Jannar 2011 — Kyocera Mita Europe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-35/11)

    2011/C 80/49

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kyocera Mita Europe BV (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara r-rikors ammissibbli

    tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (1) u b’mod partikolari s-subdiviżjonijiet introdotti taħt is-Sistema Armonizzata (iktar ’il quddiem is-“SA”) subintestatura 8443 31 u r-rati ta’ dazju korrispondenti, u

    tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq motivi li huma identiċi għal dawk imressqa mir-rikorrent fil-Kawża T-34/11, Canon Europa vs Il-Kummissjoni.


    (1)  ĠU 2010 L 284, p. 1


    Top